Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta
Il-Komunità Aħmadija Musulmana Malta ![]() |
||
Imħabba Għal Kulħadd, Mibegħda Għal Ħadd
|
||
|
Ahmadiyya Muslim Community
Il-Komunità Aħmadija Musulmana “Imħabba Għal Kulħadd Mibegħda Għal Ħadd” Il-Komunità Aħmadija Musulmana hija Organizzazzjoni reliġjuża internazzjonali b’fergħat f’aktar minn 193 pajjiż, imferrxa madwar l-Afrika, l-Amerika ta’ Fuq, l-Amerika ta’ Isfel, l-Asja, l-Awstralja u l-Ewropa. Din hija denominazzjoni moderna, b’membri internazzjonali li jgħoddu l-miljuni. Il-Komunità Aħmadija ġiet stabbilita fl-1889 minn Ħażrat Mirża Gulam Aħmad (1835-1908), f’villaġġ żgħir u remot, Kadjan, fil-Punġab, l-Indja. Huwa ddikjara li kien ir-riformatur ta’ żminijietna, il-Mistenni tal-Komunità dinjija tar-reliġjoniet (il-Messija u l-Maħdi). Din il-Komunità li waqqaf hija magħmula mill-messaġġ benevolenti tal-Iżlam – paċi, fraternità universali u dedikazzjoni għar-Rieda t’Alla – fil-forma purissima tagħha. Ħażrat Mirża Gulam Aħmad ipproklama l-Iżlam bħala r-reliġjon tal-bniedem: ‘’Ir-reliġjon tal-bnedmin tat-triq it-tajba’’ (Il-Koran Imqaddes: 98:6) ![]() B’din il-konvinzjoni, f’temp ta’ seklu, il-Komunità Aħmadija nfirxet madwar id-dinja kollha. Kull fejn ġiet stabbilita din l-Ordni, fittxet li toħloq influwenza kostruttiva tal-Iżlam permezz ta’ proġetti soċjali, istituti edukattivi, servizzi tas-saħħa, pubblikazzjoniet Iżlamiċi u bini ta’ Moskej (li huma l-postijiet ta’ mħabba u paċi), minkejja l-persekuzzjoni ħarxa f’ċerti pajjiżi. Il-Musulmani Aħmadi kisbu r-reputazzjoni ta’ nies li jħarsu l-liġijiet, li jridu l-paċi u li għalhekk huma komunità benevolenti. Il-Komunità Aħmadija fl-Iżlam kienet maħluqa permezz ta’ interċezzjoni divina bl-għan li jagħtu l-ħajja lill-morali Iżlamiċi u l-valuri spiritwali. Hija tinkoraġġixxi d-djalogu bejn reliġjonijiet differenti, filwaqt li tiddefendi l-Iżlam u tipprova tikkoreġi l-miżinterpretazzjonijiet li jeżistu dwar dan it-twemmin. Hija tħaddan il-prinċipji tal-paċi, tat-tolleranza, tal-imħabba u r-rispett bejn segwaċi ta’ twemmin differenti. Hija żżomm sod u taġixxi fuq it-tagħlim Koraniku. “Mhemmx sfurzar fir-reliġijon.” (Il-Koran Imqaddes: 2:257) Hija tikkundanna bil-qawwi l-vjolenza u t-terroriżmu ta’ kull għamla jew raġuni. Din il-Komunità toffri preżentazzjoni ċara tal-għarfien Iżlamiku, il-filosofija, il-moralità u l-ispiritwalità skont kif jippriedka l-Koran Imqaddes u l-prattika (Sunnah) tal-Profeta Qaddis tal-Iżlam Muħammad, il-paċi u l-barka ta’ Alla jkunu miegħu. Il-Komunità Aħmadija temmen u tipprattika l-motto tagħha; “Imħabba Għal Kulħadd Mibegħda Għal Ħadd” Xi Musulmani Aħmadi, bħal Sir Muħammad Żafrullah Khan (li serva bħala l-ewwel ministru tal-affarijiet barranin tal-Pakistan; President tas-17-il Assemblea Ġenerali tal- U.N.O; president u mħallef tal-Qorti internazzjonali tal-Ġustizzja f’Hague), u Dr. Abdus Salam (li ġie ppremjat bil-premju Nobel fil-Fiżika fl-1979), ukoll ġew rikonoxxuti mill-komunità dinjija għas-servizzi u s-suċċessi tagħhom. Għal iktar informazzjoni
|
|
Privacy Policy | Copyright 2009 - 2020 - Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta |