Imħabba Għal Kulħadd, Mibegħda Għal Ħadd

 

Our Blog
YouTube YouTube Facebook Pagna tal-Multimedia
Arabic Website
FAQ ... Dwar l-Iżlam

Xi Mistoqsijiet li ta' Spiss Jistaqsu n-Nies Dwar l-Iżlam.

  1. X'inhu ġiħad?
  2. Kif iħares lejn it-terroriżmu l-Iżlam?
  3. Fl-iżlam, in-nisa jitqiesu inferjuri għall-irġiel?
  4. Kif iħares l-Iżlam lejn il-ħarsien tal-liġijiet tal-pajjiż?
  5. X'inhu l-kastig li jingħata fl-Iżlam għal min jidgħi?
  6. X'kastig jingħata għall-apostasija fl-Iżlam?
  7. Dawk li mhumiex musulmani, jistgħu jidħlu f'moskea?
  8. X'jemmnu l-musulmani dwar il-profeti tal-passat u l-iskritturi?
  9. Il-komunità aħmadija (Ahmadiyya) fl-iżlam?
  10. Il-motto tal-komunità Aħmadija?

X'inhu ġiħad?

Ġiħad hi kelma Għarbija li tfisser tistinka biex tilħaq xi oġġettiv partikolari. Fil- Koran Imqaddes meta Alla jgħid lill-bnedmin biex jipprattikaw il-Ġiħad, dan ifisser tistinka biex tilħaq kawża nobbli. Dan il-Ġiħad tista' tagħmlu b'diversi modi – kollha kemm huma jfittxu biex jistabbilixxu u jippromwovu l-paċi fis-soċjetà.

IL-ĠLIEDA BIEX TIRRIFORMA RUĦEK:

Din hi meqjusa bħala l-ikbar Ġiħad għaliex hi l-ġlieda kontra t-tentazzjonijiet egoistiċi tagħna bħal ma ngħidu r-regħba, il-ħajra sesswali għal xi ħadd u xewqat oħra ta' did-dinja. Il-Ġiħad irid mingħandna li nkunu iktar iddixxiplinati magħna nfusna sabiex inkunu nistgħu neżerċitaw kontroll morali fuq il-ħsibijiet u l- azzjonijiet tagħna.

Id-dmir tal-Misilmin biex iwasslu l-messaġġ veru tal-Iżlam lill-oħrajn:

Il-Koran Imqaddes jenfasizza li din il-forma ta' Ġiħad għandha ssir bil-għaqal, bit- tolleranza u b'rispett lejn l-oħrajn u t-twemmin tagħhom u jipprojbixxi l-użu tal- isfurzar jew tal-forza.

L-Infiq mill-ġid tagħna biex ngħinu lil dawk li huma fil-bżonn:

Li tgħin lil dawk fil-bżonn, irrispettivament mill-kulur twemmin jew razza, hi forma fa' Ġiħad li mhux biss tgħin biex tnaqqas it-tbatija tal-bnedmin iżda wkoll biex tistabbilixxi paċi soċjali u armonija bejn is-sinjuri u l-foqra.

Il-battalja difensiva:

Il-Koran Imqaddes jagħmilha ċara li dan it-tip ta' Ġiħad (li hu forma ta' Ġiħad ta' livell aktar baxx) jista' biss isir f'ċerti ċirkustanzi. Dawn iċ-ċirkustanzi huma spjegati f'dawn il-versi tal-Koran Imqaddes:

"Il-permess li tiġġieled hu mogħti biss lil dawk li l-gwerra tkun saret kontrihom, għaliex huma jkunu ttrattati ħażin – u Alla żgur għandu l-qawwa biex jgħinhom – Dawk li jkunu ġew imkeċċija minn djarhom inġustament biss għaliex ikunu qalu, 'Is-Sid tagħna hu Alla' – u jekk Alla ma jkunx warrab ċerti bnedmin permezz ta' oħrajn, żgur li kien ikun hemm it-tkissir ta' kjostri u knejjes u sinagogi u moskej, fejn l-isem ta' Alla hu kkommemorat ta' spiss."

(Kap.22 : Versi.40-41)

Minn dan hu ċar li l-Musulmani jistgħu biss jaqbdu l-armi biex jiddefendu lilhom infushom jekk ikunu sofrew moħqrija, iffaċċjaw tħeddid għal ħajjithom u tkeċċew minn djarhom sempliċement għaliex ikunu pprattikaw ir-reliġjon tagħhom.

Fil-fatt skont l-Iżlam jekk il-Musulmani jkunu ppersegwitati għaliex ikunu qed jipprattikaw ir-reliġjon tagħhom, l-ewwel għandhom iħallu l-post fejn qed jiġu maħqura u jfittxu post ġdid. Jekk ukoll f'dan il-post ġdid l-oppressur ikompli jhedded ħajjithom u jkompli jattakkahom biex iwaqqafhom milli jipprattikaw ir- reliġjon tagħhom, imbagħad il-Musulmani jingħataw id-dritt li jaqbdu l-armi biex jiddefendu lilhom infushom.

Hu importanti li ninnotaw li l-battalja tista' tkun biss għad-difiża u qatt ma tkun waħda offensiva. Dan hu affermat mill-ġdid mill-Koran Imqaddes li jgħid:

"U iġġieldu għall-kawża ta' Alla kontra dawk li jiġġieldu kontrikom, iżda tiksrux il- liġi. Alla żgur ma jħobbx lil dawk li jiksru l-liġi."

(Kap.2 : Vers.191)

Jekk ikun meħtieġ ta' battalja difensiva, imbagħad l-Iżlam jipprovdi struzzjonijiet ċari lill-Musulmani dwar dak li jista' u ma jistax isir, per eżempju, pajżani li mhumiex qed jiġġieldu kontra l-Musulmani ma jistgħux jiġu attakkati, propejtà bħal uċuħ tar-raba' u sorsi oħra ta' ikel u xorb, sptarijiet, orfanatrofiji, postijiet ta' qima (ta' kull reliġjon) ma jistgħux jinqerdu u nisa, tfal, ix-xjuħ u l-immankati m'għandhom jintmessu. Hekk, hu ċar ħafna li l-iskop ta' battalja bħal din ikun biex terġa tiġi l-paċi u mhux biex issir l-aggressjoni.

Il-Ġiħad f'kull forma hu, għalhekk, mod biex nippromwovu l-paċi kemm fina nfusna kif ukoll fis-soċjetà tagħna. Kull azzjoni, għalhekk, li ma taħdimx għall-paċi ma nistgħux nirreferu għaliha bħala Ġiħad.

Up Arrow Fuqq Nett


Kif iħares lejn it-terroriżmu l-Iżlam?

L-Iżlam jopponi t-terroriżmu f'kull forma għaliex il-kelma 'Iżlam' tfisser litteralment 'paċi u sliem'. Id-dmir ta' kull Musulman li jżomm il-paċi għandu tant għeruq fil-fond fl-Iżlam li l-Koran Imqaddes jiddeskrivi l-Musulmani tassew hekk:

"U l-qaddejja ta' Alla tal-Ħniena huma dawk li jimxu fl-art b'mod dinjituż, u meta l- injuranti jindirizzawhom, huma jgħidu "paċi".

(Kap.25 : Vers.64)

Ir-raba' Kalif tal-Komunità Aħmadija fl-Iżlam, Ħażrat Mirża Taħir Aħmad, jispjega l-mod kif l-Iżlam iħares lejn it-terroriżmu bl-iktar mod ċar. Hu qal:

"Sa ma dak li għandu x'jaqsam mal-Iżlam, l-Iżlam kategorikament jiċħad u jikkundanna kull forma ta' terroriżmu. Ma jipprovdi l-ebda għata jew ġustifikazzjoni għal kwalunkwe att ta' vjolenza, kemm jekk issir minn xi indvidwu kif ukoll minn xi grupp jew gvern.... Jien nikkundanna bil-qawwa kollha kull att u kull forma ta' terroriżmu għaliex hu t-twemmin tiegħi profond li mhux biss l- Iżlam iżda wkoll l-ebda reliġjon vera, hu x'inhu l-isem tagħha, ma tista' tapprova l- vjolenza u t-tixrid tad-demm ta' rġiel, nisa u tfal innoċenti f'isem Alla".

(Qtil fl-Isem ta' Alla, paġni 116 u 119)

Wieħed mill-karatteristiċi distinti taż-żmien li aħna ngħixu fih huwa l-preżenza tal-vjolenza kbira fis-soċjetajiet tagħna. Xi drabi naraw splużjonijiet ta' bombi fis-swieq; xi drabi ħajġeks ta' ajruplani fejn nies huma miżmuma għall-skopijiet politiċi jew personali. Ngħixu fi żmien fejn il-manipulazzjoni u t-telfien ta' ħajjiet innoċenti saret xi ħaġa tas-soltu. Din il-problema tal-vjolenza qiegħda ddur kullimkien u t-terroriżmu huwa kkunsidrat bħala wieħed mill-ikbar perikli għall- paċi u s-sigurtà fis-soċjetajiet tagħna.

Il-kelma terroriżmu ġiet fl-użu wiesa' ftit snin ilu biss, pero, issa t-terroriżmu fil- fatt idawwar id-dinja kollha u jidher f'forom varji. Xi drabi nsibu xi Musulmani jew xi gruppi ta' Musulmani nvoluti f'dawn l-attakki terroristiċi u suwiċidji. U minħabba dawk il-ftit Musulmani, u l-azzjonijiet ħżiena li jwettqu, b'xorti ħażina r-reliġjon tal- Iżlam hija miżmuma responsabbli għall-atti ta' grupp żgħir ta' Musulmani, kif ukoll għall-atti ta' dawk li mhumiex Musulmani.

Nammetti, bla dubju ta' xejn, li hemm Musulmani wkoll involuti f'attakki terroristiċi u suwiċidji madwar id-dinja f'isem l-Iżlam. B'xorti ħażina, dawk terroristi għandhom appoġġ kbir mill-mexxejja u mill-organizzazzjonijiet reliġjużi. Imma t-terroristi huma grupp żgħir ta' Musulmani, u fl-aħħar mill-aħħar mhumiex l- ambaxxaturi tal-Iżlam, għaliex huma jaħdmu fuq l-aġendi u l-interessi politiċi jew personali tagħhom biss. Dawk huma n-nies li jkissru l-ftehim u l-liġi u jistħoqqilhom li jiġu kkundannati bil-qawwa u jiġu kkastigati severament skont il- liġi tal-pajjiż għall-atti ħorox u aggressivi tagħhom.

Il-Komunità Aħmadija tħaddan il-prinċipji tal-paċi, tat-tolleranza, tal-imħabba u r-rispett bejn segwaċi ta' twemmin differenti. Hija żżomm sod u taġixxi fuq it- tagħlim Koraniku. "Mhemmx sfurzar fir-reliġijon." (Il-Koran Imqaddes: 2:257)

Jaħasra! Meta sejrin il-bnedmin itemmu l-persekuzzjoni u l-vjolenza kontra xulxin sabiex kulħadd jista' jemmen u jipprattika r-reliġjon li jħobb għalih innifsu b'independenza, b'ħelsien u bil-libertà kollha.

Il-Musulman veru qatt ma jista' jagħmel dawk l-affarijiet ħżiena, għaliex fl- Iżlam m'hemm l-ebda spazju għat-terroriżmu u huwa ma jaqbilx mal-idea tat- terroriżmu, jew oħrajn simili bħall-fanatiżmu, fundamentaliżmu u l-attakki suwiċidji u l-Iżlam dejjem jitkellem kontrihom.

Fil-Koran Imqaddes insibu t-tagħlim veru kontra t-terroriżmu kif ukoll attakki suwiċidji. Alla jgħid: 'Alla ma jħobbx il-ksur tal-paċi' (K.2 : V.206); 'Dawk li jagħmlu l-ħsara fl-art huma t-telliefa' (K.2: V.28); 'U la tagħmlux inġustizzja fl-art bil-ħsara u bil-ksur tal-paċi' (K.2 : V.61); 'Intom li temmnu, obdu lil Alla u obdu lill- Messaġġier, u lil dawk li għandhom l-awtorità fuqkom' (K.4 : V.60)

Din l-aħħar kwotazzjoni tfisser li kulmin għandu l-awtorità fuqkom, Musulman jew mhux, il-gvern Iżlamiku jew mhux, huwa importanti li jiġu obduti u qatt ma jinkisru l-liġijiet tal-pajjiż.

Kontra l-attakki suwiċida, Alla jgħid: "La toqtlux lilkom infuskom! Alla tabilħaqq huwa Ħanin magħkom. U min jagħmel hekk b'aggressjoni u b'inġustizzja, se naħarquh fin-Nar." (K.4 : V.30-31).

Wara dan it-tagħlim ċar, dawk il-Musulmani li huma nvoluti fit-terroriżmu jew fl- attakki suwiċidji m'għandhomx ġustifikazzjoni għall-atti tagħhom.

Fil-qosor, l-Iżlam bħala reliġjon huwa r-reliġjon tal-paċi u l-imħabba bħar- reliġjonijiet oħrajn, u jikkundanna attakki krudili u barbari ta' dix-xorta. Sa ma dak li għandu x'jaqsam mal-Iżlam, l-Iżlam kategorikament jiċħad u jikkundanna kull forma ta' terroriżmu. Ma jipprovdi l-ebda għata jew ġustifikazzjoni għal kwalunkwe att ta' vjolenza, kemm jekk issir minn xi indvidwu kif ukoll minn xi grupp jew gvern. Aħna nikkundannaw bil-qawwa kollha kull att u kull forma ta' terroriżmu għaliex hu t-twemmin tagħna profond li mhux biss l-Iżlam iżda wkoll l- ebda reliġjon vera, hu x'inhu l-isem tagħha, ma tista' tapprova l-vjolenza u t-tixrid tad-demm ta' rġiel, nisa u tfal innoċenti f'isem Alla.

Aħna, il-Komunità Aħmadija nwarrbu u nikkundannaw kull forma ta' terroriżmu, b'mod kategoriku. Aħna, dejjem, mill-bidu sal-lum, b'qawwa kbira nikkundannaw l-użu tal-forza hi x'inhi r-raġuni. U nemmnu fl-imħabba, fil-paċi, fl-armonija, fit- tolleranza u fil-ħbiberija. Il-motto tagħna "Imħabba għal kulħadd, mibegħda għal ħadd" huwa t-tifsira vera tal-fidi tagħna.

Issa, wasal iż-żmien li aħna bħala bnedmin nikkundannaw it-terroriżmu li qed idawwar id-dinja kollha u jagħmel ħsara lis-soċjetajiet sbieħ tagħna bil-kliem u bl-għemil tagħna, u nistabbilixxu l-paċi, l-imħabba, it-tolleranza u l-ħbiberija f'kull naħa tad-dinja.

Up Arrow Fuqq Nett


Fl-iżlam, in-nisa jitqiesu inferjuri għall-irġiel?

Kumpan tal-Profeta Qaddis Muħammad (il-paċi u l-barka t'Alla jkunu miegħu), darba saqsieh "Min hi dik il-persuna li l-iktar jixirqilha trattament tajjeb u kumpanija tajba mingħandi?" Il-Profeta wieġbu: "Ommok." Il-kumpan imbagħad saqsieh, "U min warajha?" Il-Profeta wieġeb, "Ommok". Il-kumpan imbagħad saqsa l-istess mistosija għat-tielet darba u li għaliha l-Profeta reġa' ta l-istess tweġiba. Meta l-kumpan saqsa l-istess mistoqsija għal darb' oħra, il-Profeta mbagħad qallu, "Missierek u mbagħad qraba oħra fil-qrib." (Bukhari)

Din it-tweġiba waħedha hi biżżejjed biex tirrifjuta kull idea ħażina li n-nisa huma inferjuri għall-irġiel fl-Iżlam, u partikolarment turi kemm l-Iżlam jagħti importanza lir-rispett li għandha tingħata l-omm mingħand uliedha.

Skont l-Iżlam dawk kollha li jemmnu huma ndaqs u huma biss l-għemejjel it- tajba li jgħollu persuna 'il fuq mill-oħra. Madankollu, l-Iżlam jirrikonoxxi wkoll li din l-ugwaljanza ma tfissirx li l-irġiel u n-nisa huma l-istess dwar il-ħiliet u r-rwol li jkollhom. Jitqiesu l-qawwiet tagħhom differenti kemm fiżiċi kif ukoll emozjonali u minħabba f'hekk jagħtihom ir-rwol tagħhom importanti fil-ħajja. Kull rwol ma jirriflettix superjorità jew inferjorità, iżda għandu x'jaqsam ma' ħila naturali u funzjonament tajjeb. Per eżempju, l-irġiel ġew assenjati d-dmir li jaħdmu u jipprovdu lill-familja waqt li n-nisa ġew mogħtija r-rwol tal-omm u li jieħdu ħsieb id- dar. L-Iżlam jagħti lil dawn it-tnejn l-istess importanza u jenfasizza li dawn ir-rwol la human esklussivi u lanqas inflessibbli, jiġifieri, l-Iżlam ma jipprojbix lin-nisa milli jaħdmu jew milli jservu lis-soċjetà, lanqas ma jeħles lill-irġiel mill-parti tagħhom tar-responsabbiltà għal uliedhom, għad-dar u għall-familja.

Fl-Iżlam mara għandha d-dritt li tkun is-sidt individwali tà propjetà. Jekk tkun miżżewġa u tagħżel li taħdem, imbagħad il-flus li taqla' jkunu tagħha u r-raġel m'għandu l-ebda dritt fuqhom, waqt li r-raġel irid jipprovdi finanzjarjament għall- familja kollha. Kull propjetà li mara takkwista bl-isforz tagħha biss, jew forsi wirtet jew irċeviet bħala legat jew rigal, hu tagħha indipendentement minn żewġha. L- Iżlam ukoll ta lin-nisa d-dritt tal-wirt u huma jirċievu s-sehem tagħhom kif inhu ordnat mix-Xarijah (il-Liġi Islamiċi). Din l-indipendenza ekonomika tan-nisa kienet stabbilita mill-Iżlam ħafna qabel drittijiet simili ngħataw lin-nisa fid-dinja moderna. Fir-Renju Unit, per eżempju, hu sew magħruf li mara miżżewġa ma setax ikollha propjetà tagħha sa l-1882 meta l-ewwel Married Women's Property Act għadda mill-Parlament.

Il-Profeta Qaddis Muħammad (il-paċi u l-barka t'Alla jkunu miegħu), eżalta l- istatus intellettwali u spiritwali tan-nisa. Il-Profeta Qaddis Muħammad (il-paċi u l-barka t'Alla jkunu miegħu), kien jaf il-parti essenzjali li n-nisa kellhom jieħdu sehem fl-iżvilupp tas-soċjetà, għalhekk hu għamel enfasi kbir fuq kif jittellgħu l- bniet billi qal:

"Raġel li għandu żweġt ibniet u jtellagħhom u jedukahom mill-aħjar li jista' u jżewwiġhom għandu dritt għall-ġenna" (meta sema' dan) wieħed saqsa: "O Profeta ta' Alla, x'jiġri jekk ikollu tifla waħda?" Hu wieġeb "U (wkoll) waħda."

(Al-Moġam Al-Ausat)

Up Arrow Fuqq Nett


Kif iħares l-Iżlam lejn il-ħarsien tal-liġijiet tal-pajjiż?

Fl-Iżlam, l-ubbidjenza lejn il-liġi tal-pajjiż hi dmir reliġjuż. Il-Koran Imqaddes jikkmanda lill-Musulmani li jibqgħu fidili mhux biss lejn Alla u l-Profeta Qaddis Muħammad (il-paċi u l-barka t'Alla jkunu miegħu), iżda wkoll lejn l-awtorità li taħtha jgħixu. Hekk jgħid:

"Intom ilkoll li temmnu! Obdu lil Alla, u obdu lill-Messaġġier Tiegħu u lil dawk li għandhom l-awtorità fuqkom."
(Kap.4 : Vers.60)

Dan id-dmir ġie aktar spjegat minn Ħażrat Mirża Masroor Aħmad, il-Kap preżenti tal-Komunità Aħmadija fl-Iżlam imferrxa mad-dinja li qal:

"Musulman veru qatt ma jista' jgħolli leħnu b'mibegħda lejn iċ-ċittadini sħabu, għalhekk lanqas lejn l-awtorità jew gvern ta' dak iż-żmien. Hi r-responsabbiltà ta' kull Musulman veru li jibqa' leali u jobdi kompletament il-liġijiet tal-pajjiż li hu sudditu tiegħu." (Indirizz fil-ftuħ tal-Moskea Baitul Futuħ ġewwa Morden, Surrey f'Ottubru 2003).

Up Arrow Fuqq Nett


X'inhu l-kastig li jingħata fl-Iżlam għal min jidgħi?

M'hemmx kastig fl-Iżlam għal min jidgħi. L-ebda kastig ma jinstab fil-Koran Imqaddes, jew f'xi waħda mit-tradizzjonijiet tal-Profeta Qaddis Muħammad (il- paċi u l-barka t'Alla jkunu miegħu).

L-Iżlam jippromwovi rispett għar-reliġjonijiet kollha f'ġieħ il-paċi fis-soċjetà u ma jsemmi l-ebda kastig għal min jidgħi minkejja l-fatt ta' offiża li tista' tweġġa' lil dawk li jemmnu.

Up Arrow Fuqq Nett


X'kastig jingħata għall-apostasija fl-Iżlam?

Mhemmx kastig għall-apostasija fl-Iżlam. Barra minn hekk mhemmx eżempju wieħed ta' x'kastig jingħata għall-apostasija mogħti mill-Profeta Qaddis Muħammad (il-paċi u l-barka t'Alla jkunu miegħu).

L-Iżlam jenfasizza l-libertà tar-reliġjon għal kulħadd, iħalli lill-bnedmin li jimxu fuq ir-reliġjon tal-għażla tagħhom. Dwar dan il-Koran Imqaddes jagħid:

"M'għandux ikun hemm sfurzar fir-reliġjon."
(Kap.2 : Vers.257)

"Għalik ir-reliġjon tiegħek, għalija r-reliġjon tiegħi."
(Kap.109 : Vers.7)

Il-libertà tar-reliġjon hi għalhekk prinċipju fundamentali fl-Iżlam u jagħmilha ċara li r-reliġjon hi ħaġa personali bejn il-bniedem u Alla. Il-bnedmin huma ħielsa biex jemmnu f'liema reliġjon iridu u li jibdlu t-twemmin tagħhom mingħajr ebda kastig mill-bniedem (il-Koran Imqaddes Kap.4 : Vers.138). Madankollu l-Iżlam ifakkarna li aħna rridu nagħtu kont tar-twemmin tagħna u l-azzjonijiet tagħna quddiem Alla.

Up Arrow Fuqq Nett


Dawk li mhumiex musulmani, jistgħu jidħlu f'moskea?

Kulħadd jitħalla jidħol ġewwa moskea sakem hu nadif u liebes modestament. Il- bnedmin li jidħlu għandhom ineħħu ż-żraben tagħhom qabel jidħlu ġol-moskea u li jżommu l-moskea nadifa għaliex dawk li jkunu jagħtu qima jkunu jridu joqogħdu mal-art. Bnedmin ta' kull twemmin huma wkoll imħollijin jitolbu ġewwa moskea sakemm ma jkunux qed jaduraw idoli. Eżempju tajjeb ta' dan hu meta l-Profeta Qaddis Muħammad (il-paċi u l-barka t'Alla jkunu miegħu), ħalla grupp ta' Nsara biex jagħmlu servizz ta' talb ġewwa l-moskea tiegħu ġewwa Madinah. (Żurkani)

Up Arrow Fuqq Nett


X'jemmnu l-musulmani dwar il-profeti tal-passat u l-iskritturi?

Tnejn mis-sitt artikli ta' fidi għal Musulman huma, li jemmen fil-Profeti ta' Alla u li jemmen fl-Iskritturi Divini. Għalhekk il-Musulmani jemmnu li l-Profeti kollha ntbagħtu minn Alla u li l-Iskritturi fil-forma oriġinali tagħhom kienu rrivelati Divinament u li, fost ħwejjeġ oħra, għallmu l-unità assoluta ta' Alla.

Skont il-Koran Imqaddes, Alla bagħat lill-Messaġġiera Tiegħu f'kull nazzjon, li jgħid:

"M'hemm l-ebda poplu li lilu wieħed li jwissi
(Kap.35 : Vers.25)

"U għal kull poplu hemm Messaġġier." (Kap.10 : Vers.48)

Xi profeti jissemmew fil-Koran Imqaddes innifsu, bħal Adam, Abraħam, David, Salamun, Mosè, Ġesù u Muħammad (il-paċi fuqhom ilkoll). Profeti oħra (mhux imsemmijin fil-Koran Imqaddes b'isimhom) jinkludu Żoroaster, Krixna u Konfuċju (il-paċi fuqhom ilkoll) biex insemmu xi ftit.

(Messaġġier) ma ntbagħatx."

Kif semmejna aktar 'il fuq il-Musulmani mhux biss jemmnu fil-profeti ta' qabel iżda wkoll fir-rivelazzjonijiet u l-iSkritturi mogħtija lill-profeti minn Alla. Fil-Koran Imqaddes innifsu, hemm riferenza għall-erba' kotba rrivelati minbarra l-Koran Imqaddes. Dawn huma:

Suħuf:

L-iSkritturi ta' Abraħam, il-paċi tkun fuqu, Kap.87 : Vers.20)

Fuq is-Suħuf ta' Abraħam xejn ma nafu dwaru llum. Dawn l-iSkritturi probabilment qatt ma kienu rrekordjati bil-miktub.

Tauraat:

(It-Torah ta' Mosè, il-paċi tkun fuqu, Kap.3 : Vers.4)

It-Tauraat fih l-ewwel ħames kotba tal-Bibbja Ebrajka u fih il-Liġi kompleta għall- Iżraeliti. Dawn il-ħames kotba huma, il-Ġenesi, l-Eżodu, il-Levitiku, il-Ktieb tan- Numri u d-Dewteronomju. Flimkien dawn il-ħames kotba huma magħrufin bħala l- Pentatewku. It-Torah għadda minn ġenerazzjoni għall-oħra permezz tal-fomm u finalament irrekordjat bil-kitba xi mijiet ta' snin wara Mosè (il-paċi tkun fuqu).

Żabur:

(Is-Salmi ta' David, il-paċi tkun fuqu, Kap.4 : Vers.164)

Ftit nafu fuq Żabur illum jew fuq ir-rivelazzjonijiet tal-Profeta David (il-paċi tkun fuqu). Fil-Bibbja Ebrajka hemm ħafna salmi (għanijiet sagri u innijiet) attribwiti lil David (il-paċi tkun fuqu) li jistgħu jiffurmaw parti miż-Żabur.

Inġil:

(Il-Vanġelu ta' Ġesù Kristu, il-paċi tkun fuqu, Kap.5 : Vers.47)

L-Inġil jew il-Vanġelu kien irrivelat lill-Profeta Ġesù (il-paċi tkun fuqu) iżda ma kienx miktub matul ħajtu. Wara mewtu, saru attentati biex jirrekordjaw it-tagħlim tiegħu bil-Kitba. Mill-ħafna rakkonti, erbgħa ngħażlu mill-Knisja tal-bidu bħala rakkont uffiċjali tat-tagħlim ta' Gesù (il-paċi tkun fuqu). Dawn l-erba' verżjonijiet tal-vanġelu nafuhom illum bħala l-Evanġelji ta' San Mattew, San Luqa, San Mark u San Ġwann. Madankollu hemm evanġelji oħra (li mhumiex inklużi fil-Bibbja) li wkoll fihom informazzjoni importanti dwar il-ħajja u t-tagħlim ta' Ġesù (il-paċi tkun fuqu).

Minbarra l-Koran Imqaddes l-ebda wieħed mill-kotba rrivelati ma żamm il-forma oriġinali tiegħu.

Up Arrow Fuqq Nett


Il-komunità aħmadija (Ahmadiyya) fl-iżlam?

Il-Komunità Aħmadija fl-Iżlam hi organizzazzjoni reliġjuża, b'fergħat f'aktar minn 195 pajjiż. Hi l-aktar denominazzjoni dinamika fl-Iżlam fl-istorja moderna; is- sħubija hi stmata li tlaħħaq il-mija u sebgħin miljun ruħ.

Ġiet imwaqqfa minn Ħażrat Mirża Gulam Aħmad (1835-1908) fl-1889 ġewwa raħal żgħir remot jismu Kadjan fil-Punġab, l-Indja. Hu afferma li hu r-riformatur mistenni tal-aħħar żminijiet u dak li hu mistenni li jiġi mill-komunità dinjija tar- reliġjonijiet (il-Maħdi u l-Messija tal-aħħar ġranet). Il-komunità li beda hi l- inkorporazzjoni tal-messaġġ benevolenti tal-Iżlam u l-purità oriġinali tiegħu li jippromwovi l-paċi u l-fraternità universali bbażata fuq twemmin f'Alla, Ħanin u li Dejjem Jaħfer.

B'din il-konvinzjoni, fi żmien seklu, il-Komunità Aħmadija fl-Iżlam kibrat globalment u taħdem biex tippratitika t-tagħlim tal-paċi tal-Iżlam billi tiġbor mijiet ta' eluf ta' Ewro għall-karitajiet, bini ta' skejjel u sptarjiet miftuħin għal kulħadd u billi tinkoraġġixxi t-tagħlim permezz ta' djalogu fost ir-reliġjonijiet.

Il-Komunità tar-Renju Unit twaqqfet fl-1913 u fl-1924 bniet l-ewwel moskea (ġewwa Putney). Hi għalhekk waħda mill-eqdem u l-iktar organizzazzjonijiet Musulmani stabbiliti fil-Gran Brittanja u għandha aktar minn 90 fergħa fil-Gran Brittanja.

"L-iktar komunità edukata, organizzata u ddixxiplinata fost il-komunitajiet Musulmani fil-Gran Brittanja." (New Statesman – Awwissu 2006)

Up Arrow Fuqq Nett


Il-motto tal-komunità Aħmadija?

"Imħabba għal kulħadd - Mibegħda lejn ħadd"

F'dan iż-żmien meta ċerti forzi huma involuti biex jagħmlu ħsara kbira lill-paċi tad-dinja, meta sensibilitajiet ħżiena qed jisparkjaw kontra xulxin bla bżonn, u l-ħitan tal-mibegħda u t-tolleranza qed jinbnew, l-oġġettiv tal- istabbilizzazzjoni tal-paċi u l-imħabba huwa dejjem iktar importanti.

Meta nħarsu lejn l-istorja tal-umanità nsibu li mill-bidu tal-ħajja fuq l-art sal-lum, kien hemm ħafna gwerer u ġlidiet, kif ukoll żewġ gwerer dinjija. Ġieli indvidwi kienu qed jiġġieldu kontra indvidwi, u ġieli gruppi kienu qed jiġġieldu kontra gruppi oħrajn. Stati attakaw stati; pajjiżi baqgħu fit-taqbida kontra l-ġirien tagħhom kif ukoll xi nazzjonijiet kienu ħafna 'l bogħod mill- fruntieri tagħhom.

Ukoll, illum, numru mhux ħażin ta' nies moħħhom biex ifittxu s-sodisfazzjon tal-interessi personali u egoistiċi tagħhom, mingħajr ma jaħsbu biex jagħtu d-drittijiet tal-oħrajn lill-oħrajn. Jekk aħna ma nagħrfux il-Ħallieq tagħna u ma nagħtux id-drittijiet li jistħoqqu lil xulxin, id-dinja sa titmexxa lejn diżastru terribbli u l-effett tiegħu jibqa' jidher għas-snin li ġejjin.

Għalhekk, huwa importanti li kull wieħed minna jżomm il-prinċipju tal- għajnuna, iżomm il-ħniena f'qalbu għall-umanità kollha u jħobbhom bl- imħabba ta' omm ħanina li għandha għal uliedha. Ir-Reliġjonijiet kollha jenfasizzaw bil-qawwa kbira fuq l-iżvilupp tal-imħabba għall-umanità u juru ħniena u simpatija lejn kull kreatura ta' Alla, li jista' kollox, kemm il- bnedmin kif ukoll l-annimali. Alla jgħin lill-qaddej li jgħin lil ħuh, u jħobb lill- bniedem ġeneruż. Għalhekk, dan hu d-dmir tagħna li nserrħu lill-bnedmin minn xi saram ta' din id-dinja, u ngħinu lil dawk li huma fil-bżonn.

Il-bnedmin li jemmnu fil-Koran Imqaddes ġew mogħtija l-parir li juru integrità fl-isforzi kollha tagħhom u jaħdmu biex jippromwovu t-tajjeb u s- sewwa fis-soċjetajiet tagħhom. Fil-Koran Imqaddes Alla jgħid, 'li min jagħti l-karità, jagħmel l-għemil it-tajjeb u jagħmel paċi bejn in-nies se nagħtuh ħlas mill-kbar.' Kif ukoll fil-Bibbja Mqaddsa naqraw it-tagħlim tal-imħabba li "ħobbu lill-ġirien tagħkom, bħalkom infuskom".

Kemm ikun sabiħ jekk nagħtu l-messaġġ tal-paċi u t-tolleranza lil kulħadd. F'dan il-ħin meta d-dinja hija mimlija b'ħafna problemi globali, għandna bżonn kbir li nibnu pontijiet bejn stati, pajjiżi, nazzjonijiet u reliġjonijiet differenti.

Hekk kif id-dinja bdiet tingħaqad u ssir raħal globali wieħed, hemm ħtieġa kbira biex inbiddlu l-mibegħda u l-malizzja fl-imħabba, l-affezzjoni u t- tolleranza. U nxerrdu dan il-messaġġ mad-dinja kollha: "Imħabba għal Kulħadd, Mibegħda għal Ħadd".

Up Arrow Fuqq Nett