Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta
Il-Komunità Aħmadija Musulmana Malta ![]() |
|
Imħabba Għal Kulħadd, Mibegħda Għal Ħadd
|
|
|
Il-Qaddis Profeta Muħammad
il-paċi u l-barkiet ta' Alla jkunu dejjem fuqu Il-Profeta Mqaddes tal-Iżlam, Ħażrat Muħammad, il-paċi u l-barka ta’ Alla jkunu miegħu, twieled fis-sena 570 QK f’Mekka. Kien twieled iltim, u missieru miet xi xhur qabel ma twieled. In-nannu tiegħu semmieh “Muħammad” (li mogħti t-tifħir). Ommu mietet meta kellu sitt snin u nannuh, li kien il-gwardjan maħbub u leali tiegħu miet meta kellu tmien snin. Imbagħad z-ziju tiegħu beda jieħu ħsiebu. Meta kellu 25 sena, iżżewweġ lil Ħażrat Ħadiġa li kellha 40 sena. Ħażrat Ħadiġa kienet mara tajba u għanja u kellha ħafna rikkezzi u skjavi. Wara ż-żwieġ tatu r-rikkezzi u s-skjavi kollha tagħha, biex ikunu tiegħu u jużahom kif jixtieq. Il-Profeta Mqaddes, il-paċi u l-barka ta’ Alla jkunu miegħu, illibera l-iskjavi kollha dak il-ħin u qassam il-flus kollha lill-foqra, u ma żamm xejn għalih. Il-Profeta Mqaddes tal-Iżlam, Ħażrat Muħammad, il-paċi u l-barka ta’ Alla jkunu miegħu, mill-bidu kien iħobb lil Alla u kien jitlob kuljum, imma, meta kellu 30 sena l-imħabba ta’ Alla żdiedet u beda jmur għat-talb fil-għar ta’ Ħira, li kien ftit kilometri bogħod minn Mekka. L-Ewwel Rivelazzjoni Koranika Meta Kellu 40 sena, kien fil-għar ta’ Ħira u l-Anġlu Gabrijel ġie u tah l-ewwel rivelazzjoni ta’ Alla. Imbagħad bil-Kmandament ta’ Alla beda jipprietka l-Iżlam u xi nies ħaddnuh, u l-maġġoranza tan-nies ta’ Mekka saru għedewwa tiegħu u bdew il-persekuzzjoni. Dak il-ħin kien diffiċli ħafna għalih u għas-segwaċi tiegħu. Matul it-13-il sena kollha, meta kien f’ Mekka, ra persekuzzjoni kbira min-nies t’ hemmhekk. Imbgħad bil-permess ta’ Alla emigra minn Mekka lejn Medina. Il-Profeta Mqaddes, il-paċi u l-barka ta’ Alla jkunu miegħu miet meta kellu 63 sena.
|
Privacy Policy | Copyright 2009 - 2020 - Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta |