Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta
Il-Komunità Aħmadija Musulmana Malta |
|||||||
Imħabba Għal Kulħadd, Mibegħda Għal Ħadd
|
|||||||
|
Il-Kalifi - Is-Suċċessuri Wara l-mewt tal-Fundatur, il-Komunità Aħmadija kienet immexxija mis-suċċessuri eletti tiegħu – Kalifi. L-ewwel Kalif kien Ħażrat Maulvi Noor-ud-Din u hu mexxa l-Komunità mill-1908 sal-1914. Fl-1914 Ħażrat Mirża Bashir-ud-Din Maħmud Aħmad kien elett bħala t-tieni Kalif, fejn mexxa l-Komunità għal 51 sena sa’ mewtu fl-1965. Warajh Ħażrat Mirża Nasir Aħmad mexxa għal 17-il sena. Fl-1982 Ħażrat Mirża Taħir Aħmad ġie elett bħala r-raba’ Kalif. Issa, il-Komunità Aħmadija għaddejja fiż-żmien sabiħ tal- ħames Kalif, Ħażrat Mirża Masroor Aħmad, li ġie elett fl-2003. It-titlu uffiċjali tiegħu huwa ‘’Khalifa tul Massih V’’. Hu jżomm il-Komunità Aħmadija dinjija magħquda bħala Komunità waħda.
Il-Ħajja tal-Ħames Kalif tal-Messija, Ħażrat Mirża Masroor Aħmad Ħażrat Mirża Masroor Aħmad, il-Ħames Kalif tal-Messija Mwiegħed) Saħibżada Mirża Masroor Aħmad, il-ħames Kalif tal-Messija twieled fil-15 ta’ Settembru tal-1950 f’Rabwah, il-Pakistan; fil-kwartieri tal-Komunità Aħmadija Musulmana. Huwa iben Ħażrat Mirża Mansoor Aħmad u Ħażrat Nasira Begam. Bużnannuh kien il-Fundatur tal-Ordni Aħmadija Musulmana, Ħażrat Mirża Ghulam Aħmad, minn Kadjan, il-Messija, il-paċi ta’ Alla tkun miegħu. Studja fl-iskola ‘Ogħla Taleem-ul-Iżlam Rabwah’ il-Kulleġġ Rabwah, fil-Pakistan. Fl-1976 għamel Masters fl-Agrikultura Ekonomika ġewwa l-Università tal-Agrikultura f’Faisalabad, fil-Pakistan. Iżżewweġ fil-31 ta’ Jannar tal-1977 lil Syeda Amtul Sabuħ. Għandhom tifla jisimha Amtul Waris Fateħ u tifel jismu Mirża Waqas Aħmad, li joqogħdu Londra, l-Ingilterra. Ħażrat Mirża Masroor Aħmad, meta kellu sbatax–il sena sar Musi (jiġifieri għamel ftehim għall-Wassijat jew it-testment, taħt il-programm li nbeda mill-Messija Mwiegħed, il-paċi ta’ Alla tkun miegħu, fejn beda jagħti 1/10 mill-qligħ u l-propjetajiet tiegħu għall-ħidma tal-Iżlam.) Fl-1977 huwa ddedika ħajtu għall-ħidma tal-Iżlam u Ħażrat Mirża Nasir Aħmad, it-tielet Kalif tal-Messija bagħtu fil-Gana fejn ħadem fl-Iskola Sekondarja Aħmadija Salaga u fl-Iskola Sekondarja Aħmadija Essarkyir. Mirża Masroor Aħmad laħaq direttur tar-razzett agrikolu tal-Aħmadija f’Depali, fil-Gana. L-akbar suċċess tiegħu ġewwa l-Gana kien li rnexxielu jkabbar il-qamħ għall-ewwel darba fl-istorja ta’ dan il-pajjiż. Dan serva bħala kontribuzzjoni kbira għall-ekonomija tal-Gana. Fl-1985 mar lura l-Pakistan u fis-17 ta’ Marzu tal-1985 laħaq bħala Wakilul Maal II, (Direttur tad-Dipartiment tal-Finanzi). Fit-18 ta’ Ġunju tal-1994, ġie mogħti l-kariga ta’ Nażir Ta’leem (Direttur tal-Edukazzjoni) tal-Ordni Aħmadija. Fl-10 ta’ Diċembru tal-1997 imbagħad ġie mlaħħaq bħala Nażir A’la (Kap Eżekuttiv) tas-Sadr Anġuman Aħmadija Pakistana, u Amir Mukami (il-President Nazzjonali) tal-Ordni Aħmadija Pakistana. Huwa dam f’dawn il-pożizzjonijiet sakemm ġie elett Kalif (Suċċesur). Fi-22 ta’ April tal-2003 fil-11.40 ta’ filgħaxija l-ħin tal-Londra , Saħibżada Mirża Masroor Aħmad kien elett bħala “Khalifa-tul-Massih V” (il-Ħames Suċċessur tal-Messija Mwiegħed). Il-Kalif joqgħod Londra, l-Ingilterra.
|
||||||
Privacy Policy | Copyright 2009 - 2020 - Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta |