Imħabba Għal Kulħadd, Mibegħda Għal Ħadd

 

Our Blog
YouTube YouTube Facebook Pagna tal-Multimedia
Arabic Website
Il-Messija Mwiegħed
Il-Messija Mwieghed

Ħazrat Mirza Gulam Aħmad Kadjani (1835-1908), Il-Fundatur tal-Ordni Aħmadija, Il-Messija Mwiegħed u Imam Maħdi (Il-Gwida)

Ħażrat Mirża Gulam Aħmad, il-paċi ta’ Alla tkun miegħu, twieled minn familja nobbli fl-1835 f’Kadjan, villaġġ żgħir fid-distrett ta’ Punġab, fl-Indja.

Studja l-lingwa Persjana u l-Għarbi minn għalliema differenti, tgħallem xi ħwejjeġ fuq il-mediċina minn xi kotba u minn missieru li kien tabib kapaċi ħafna. Mal-imħabba lejn l-istudju, Ħażrat Mirża Gulam Aħmad, il-paċi ta’ Alla tkun miegħu, kien devot ħafna u jagħti qima kbira lil Alla u kien iħobb jgħaddi ż-żmien tiegħu fit-talb u s-supplikazzjoni. Minn età żgħira rċieva r-rivelazzjoni minn Alla kif ukoll viżjonijiet u ħolm li seħħ tassew.

Fl-1868/1869 irċieva r-rivelazzjoni:

“Alla tiegħek ferħan ħafna bix-xogħol li inti għamilt. Hu se jbierkek, għalhekk ir-rejiet se jfittxu l-barka mill-ħwejjeġ tiegħek”

It-tixrid tar-rivelazzjoni u l-viżjoni komplew u fl-1882 irċieva r-rivelazzjoni li wriet biċ-ċar il-pjan ta’ Alla; li hu, Ħażrat Mirża Gulam Aħmad, il-paċi ta’ Alla tkun miegħu, kien se jsir nominat minn Alla biex iservi l-kawża tiegħU. Parti mir-rivelazzjoni li rċieva kienet:

“O Aħmad, Alla bierkek.....
Għid, jiena ordnat biex niggwida d-dinja għat-triq tal-onestà u jiena l-ewwel li nemmen.....
L-għajnuna se tiġi mill-irġiel li qalbhom hija ppreparata skont ir-rivelazzjoni minn Alla nnifsu.”

Fl-1889 huwa stabbilixxa l-Komunità Aħmadija Musulmana taħt il-gwida divina u beda l-missjoni tiegħu biex jerġa’ jqajjem l-Iżlam. Hu ddikjara li kien il-Messija Mwiegħed u l-Maħdi (il-Gwida). Hu ma ġabx leġislazzjoni ġdida, imma ppreżenta l-Iżlam skont il-Koran Imqaddes u kif il-Profeta Muħammad, il-Paċi u l-barka ta’ Alla jkunu miegħu ipprattikah; mingħajr ebda alterazzjonijiet li kienu saru matul iż-żminijiet. Spejga li l-Iżlam huwa r-reliġjon tal-paċi u l-imħabba.

Il-Messija Mwiegħed kiteb aktar minn 84 ktieb, li huma mimlija b’għerf divin, spiritwali u importanti, għandhom it-tagħlim morali wkoll. Hu wkoll għamel ħafna taħditiet fuq aspetti differenti.
Il-Messija Mwiegħed, il-paċi ta’ Alla tkun miegħu, miet fis-26 ta’ Mejju tal-1908. Indifen f’Baħixti Maqbara Kadjan.

Wara l-mewt tal-Fundatur, il-Komunità Aħmadija kienet immexxija mis-suċċessuri eletti tiegħu – Kalifi.